Wara l-konferma li f’pajjiżna issa hawn il-varjant tal-Omicron, il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-awtoritajiet tas-saħħa fl-appell biex il-poplu jkompli jikkonkorri għall-vaċċin u l-booster.
Il-Partit Nazzjonalista jisħaq li l-Gvern għandu jkun aktar effiċjenti u ffukat f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida għas-settur tas-saħħa. Huwa ta’ għajb li l-problemi li ħoloq Robert Abela stess bid-dgħufija fit-tmexxija tal-grupp parlamentari tiegħu mhux iħalluh jiffoka kif għandu jkun.
Huma bosta l-esperti li ilhom jiem jappellaw lill-gvern biex jieħu azzjoni u ma jittraskurax is-saħħa pubblika. Gvern li minkejja l-isfidi li qed jaffaċċja s-settur qed jibqa’ jberbaq flus il-poplu Malti fuq deal korrott ma’ Steward tant li fil-konferenza tal-aħbarijiet Chris Fearne baqa’ jiddefendi dan il-kuntratt.
Dwar dan, Net News staqsa lil Chris Fearne, bil-Ministru jinjora għal kollox is-sitwazzjoni fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karin Grech. Din ir-risposta skomda tal-Ministru tasal ftit jiem biss wara li l-istess Gvern tal-Labour ivvota favur żieda ta’ 20miljun Ewro oħra lil Steward Healthcare. L-istess Steward Healthcare li issa se nkunu qed intuhom 70 miljun ewro fis-sena.. u li anke fi żmien meta l-pandemija qed titfa piż serju fuq is-settur tas-saħħa.. għadhom ma tawna xejn lura.
//= $special ?>