Il-UPE għamlet talba lill-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà biex jinvestiga lill-eks Ministru tal-Edukazzjoni, Justyne Caruana u s-Segretarju Permanenti, Frank Fabri dwar l-impjieg tas-sieħeb ta’ Justyne, Daniel Bogdanovic… impjieg li ngħata meta Bogdanovic ma kellux il-kwalifiċi għalih… u impjieg li għalih ħa mal-€15,000 fi tliet xhur.
Ir-rapport li sar mill-Kummissarju għall-Istandards, George Hyzler jitlob lill-Pulizija biex tinvestiga dan kollu fuq bażi ta’ kriminalità.
Frank Fabri hu involut hekk kif kien iffirma l-kuntratt għall-impjieg ta’ Bogdanovic u hu għalhekk li l-UPE qed tappella biex Fabri jirriżenja mill-pożizzjoni tiegħu minnufih.
//= $special ?>

