Wara l-ammont rekord ta’ każijiet ta’ Covid-19 li nstabu llum l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħassret l-attivitajiet tal-aħħar tas-sena li kienu se jsiru fil-Kapitali.
Fi stqarrija ntqal li wara diskussjonijiet li saru minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19. Dan l-avveniment kellu jsir fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta bħala parti mill-programm Christmas in the City.
Minflok l-ispettaklu li kien pjanat se jkun qiegħed isir fil-forma ta’ produzzjoni għat-televiżjoni mill-Forti Sant’Iermu skont kif ikunu jippermettu l-protokolli tas-saħħa.
Din ix-xandira se tkun qed tixxandar live fuq TVM, NET TV u ONE.
//= $special ?>