L-MHRA mhux biss qed titlob lill-Gvern għal aktar għajnuna iżda wkoll għal pjan għall-futur għaliex dan il-virus jidher li ser jibqa’ magħna.
Dan qalitu b’reazzjoni għal dak li qal id-Deputat Prim Ministru aktar kmieni l-Ħamis, l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti saħqet li dan iż-żmien ta’ festi kien l-unika żmien fejn dan is-settur seta’ jirkupra ftit it-telf li għamel tul din is-sena.
Dwar dan infatti, Net News kien diġà staqsa lil Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo dwar dan il-pjan u anke x’ser ikun qed jinkludi… iżda għal darba darbtejn… bqajna mingħajr risposta ċara…
Fl-istess stqarrija, li kienet iffirmata mill-President tal-MHRA Tony Zahra ntqal li s-settur tal-ospitalità matul dawn l-aħħar sentejn spiċċa bħala l-mira ewlenija u l-vittma tal-miżuri ta’ kontroll relatati mal-pandemija.
Tony Zahra kompla jgħid li jifhem il-miżuri li hemm bżonn li jittieħdu iżda huwa mħasseb dwar l-effetti li qed iħallu dawn il-miżuri li qed jitħabbru fl-aħħar minuta.
Huwa qal li minkejja li l-hwienet jistgħu jiftħu, l-awtoritajiet qed jagħtu l-parir lin-nies sabiex ma joħorġux u li dan ifisser li minkejja li dan is-settur mhux ser jagħlaq, iċ-ċans huwa li n-nies ser inaqqsu milli joħorġu bl-ispejjeż jibqgħu hemm. Il-President tal-MHRA saħaq li bhala pajjiz ma nistgħux noqogħdu ngħalqu u niftħu dan is-settur, sakemm din il-pandemija ser tibqa’ fostna u mill-ġdid appella għal aktar direzzjoni u pjan min-naħa tal-Gvern.
//= $special ?>