Futbol Sport

Posposti żewġ partiti mill-Premier League f’Boxing Day

(Ritratt: EPA)

Il-partiti mill-Premier League bejn Liverpool u Leeds u Wolves kontra Watford ġew posposti minħabba każijiet pożittivi ta’ Covid-19 fl-iskwadri tagħhom. Iż-żewġ partiti kellhom jintlagħabu f’12.30pm f’Boxing Day, iżda kellhom jitħassru wara li Leeds u Watford ilmentaw dwar il-każijiet pożittivi.

Intant fl-aħħar round ta’ testijiet fil-Premier League nstabu rekord ta’ 90 player jew staff pożittiv għall-Covid-19, għalkemm aktar kmieni din il-ġimgħa il-Premier League u l-clubs qablu li l-kampjonat għandu jitkompla kif skedat.