Raġel ta’ 52 weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar tliet sulari, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’xaft, f’Xatt il-Mollijiet, fil-Marsa.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kienet infurmata għall-ħabta ta’ 1pm li kien seħħ inċident f’binja. Ir-raġel huwa residenti Pembroke.
Hu ngħata l-assistenza mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u minn tim mediku, u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>