Coronavirus Lokali Saħħa

Rekord ta’ każi; 733 każ ġdid ta’ COVID-19

Permezz ta’ post fuq Facebook, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra rekord ta’ każi ġodda. Din id-darba 733 każ ġdid ta’ COVID-19.

Dan ir-rekord, flimkien mar-rekord tal-bieraħ u jiem xejn sbieħ f’termini ta’ kazi ġodda, wasslu biex il-każi attivi issa jammontaw 3,632. Dan meta fl-aħħar sigħat fiequ mill-virus 92 persuna.

B’xorti tajba, skont l-aħħar aġġornament, ħadd ma tilef ħajtu bil-Coronavirus.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Professur Charmaine Gauci spjegat li 83% tal-persuni li kkuntrattaw il-COVID qed ikollhom is-sintomi. 47% tagħhom qed ikollhom is-sogħla.

Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika spjegat li 23% tal-persuni ħadu l-virus minn xi attività filwaqt li saħqet li kienet innutata żieda fil-każi ta’ persuni li diġa kellhom l-Coronavirus fil-passat u reġgħu ġew pożittivi għal xi varjant differenti.

Is-7 day moving average bħalissa qed jimmarka 392 filwaqt li l-positivity rate tammonta għal 7.6%.

6,500 persuna bħalissa jinsabu fi kwarantina. Dawn jinkludu wkoll il-perusni li bħalissa għandhom il-virus.