Lokali

“Robert Abela jkompli jitratta lin-nies ta’ ġaħan u ma jagħtix serħan il-moħħ” – PN

Robert Abela siegħa qabel ma jitkellem Chris Fearne mar fuq l-istazzjon Laburista u reġa ħalla lill-edukaturi, studenti u ġenituri fil-għama hekk kif settur tant importanti qed jitħalla mingħajr ministru. F’din l-intervista ma semma’ xejn dwar x’passi se jittieħdu fuq l-uffiċjali pubbliċi li ħallew lill-eks Ministru tagħmel dan l-abbuż.

Dan qalu l-Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija fuq Facebook fejn tenna li Robert Abela qed jitratta lin-nies ta’ ġaħan meta jgħid li għandu tim sod, magħqud u kompetenti meta din l-ġimgha wriet bil-maqlub. Tant hu magħqud li għandu deputat li se tkun qed tieħu passi kontra l-gvern fuq liġi li daħħal Gvern Laburista u li hi kienet ivvotat favuriha.

Il-PN fakkar li Robert Abela għad għandu ministru tal-ġustizzja li kien jikkonfoffa ma Yorgen Fenech u ma jistax jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubbika.

Hu għalhekk li għandna l-Istati Uniti jieħdu passi li l-istat Malti mhuwiex qed jieħu, fosthom azzjoni kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi, li f’din l-intervista ma ssemmew fl-ebda mument.

https://www.facebook.com/partitnazzjonalista/posts/469987297817281