Lokali

“Sanzjonijiet li se jinħassu fuq il-poplu kollu”

L-effetti tas-sanzjonijiet fil-konfront ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi se nħossuhom aħna wkoll u se jkunu ta’ piż fuq il-Maltin u l-Għawdxin kollha.  

Hekk tenna d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi tul il-programm NET AM tal-Ħamis filgħodu.

Dan kollu ntqal wara li l-Erbgħa ġie żvelat li d-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti ħabbar li l-eks Deputat  Mexxej u Ministru Laburista Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat ma jistgħux jirfsu art Amerikana minħabba l-involviment tagħhom f’attivitajiet ta’ korruzzjoni b’mod partikolari b’rabta mal-proġett tal-Electrogas. B’hekk dan ifisser li huma uffiċjalment ipprojbiti milli jidħlu fl-Istati Uniti.

Id-deputat Nazzjonalista kompla billi qal li hija ħassra li dawn baqgħu ma tressqux, u lanqas imsejħa issa quddiem il-Pulizija.

Jason Azzopardi qal li bħala pajjiż ma ħaqniex hekk… u jeħtieġ li isimna… jitnaddaf mill-aktar fis għall-ġid tal-poplu kollu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla billi qal issa eluf ta’ ħaddiema se jbatu aktar ir-riperkussjonijiet li ġabet magħha l-korruzzjoni u appella lill-Gvern biex jipproteġi l-impjiegi tal-Malti u l-Għawdxin kollha.