Iż-żjarat ta’ Father Christmas lit-tfal hi tradizzjoni favorita madwar l-Ewropa u li ilha għaddejja għal ħafna snin – speċjalment fejn jidħlu t-tfal anqas ixxurtjati li, minħabba mard jew kundizzjonijiet oħra, ma jkunux jistgħu jgawdu l-Milied bħal ħaddieħor.
Din it-tradizzjoni hi osservata bir-reqqa fi Spanja, fejn, fil-belt ta’ Barċellona, il-membri tal-iskwadri għat-tifi tan-nirien flimkien ma’ membri ta’ gruppi oħra responsabbli mill-kontroll tal-emerġenzi għamlu sensiela ta’ żjarat uniċi lit-tfal li jinsabu morda l-isptar. Il-membri wettqu dan il-ġest huma u lebsin il-kostumi ta’ Santa Klaws u tal-qaddejja ċkejknin tiegħu magħrufa bħala elves.
Dawn il-ħaddiema ħabbtu min barra fuq it-twieqi tas-swali fejn qed jinżammu t-tfal. fost il-ferħ tat-tfal malli raw lil Father Christmas mgħobbi bir-rigali. It-tradizzjoni f’dan il-filmat, intant, qed issir fl-isptar Trias i Pujol ta’ Badalona, fl-inħawi ta’ Barċellona.
//= $special ?>