Internazzjonali

AĠĠORNATA: Theżżiż ta’ bejn 4.3 u 3.7 fuq l-Iskala Richter fi Sqallija

Matul il-lejl, il-gżira ta’ Sqallija theżżet għal ftit ħin. It-theżżiża jidher li kellha l-epiċentru f’Motta Sant’Anastasia fil-provinċja ta’ Catania.

Għalkemm mhux qawwija, biċ-ċentru siżmiku jkejjel it-theżżiża bejn 3.2 u 3.7 fuq l-iskala Richter, jidher li din inħasset f’diversi rħula fil-madwar u fil-belt innifisha, kif ukoll f’żoni aktar imbegħda bħal Siracusa.

Jidher li l-art iċċaqalqet biss għal ftit sekondi iżda ħafna kienu dawk li ħassewha u kitbu fuq il-media soċjali dwarha.

Sa issa ma kienux irrapputati ħsarat jew persuni midruba.

Kmieni dalgħodu, l-esperti qalu li s-saħħa tat-terremot laħħaq is-saħħa ta’ 4.3 fuq l-Iskala Richter. Din it-theżżiża nħasset għall-ħabta tal-10:30pm.