Anzjana ta’ 66 sena tilfet ħajjitha wara ġimagħtejn tissielet għal ħajjitha hekk kif fit-8 ta’ Diċembru kienet waqgħet m’għola sular f’xaft ta’ residenza fi Triq ir-Ramla, in-Nadur għall-ħabta tal-11:15am.
Fuq il-post kien issejjaħ tim mediku mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex li ħadu lill-mara l-isptar b’ambulanza.
Dwar dan il-każ hemm inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Bridget Sultana, filwaqt li flimkien magħha hemm numru ta’ esperti jassistuha.
//= $special ?>