L-Ukrajna u r-Russja qablu biex japplikaw mill-ġdid il-ftehim tal-2020 għal waqfien mill-ġdid fl-artijiet Ukreni tal-Lvant – bl-uffiċjali fi Kiev jittamaw li l-vaganzi tal-Milied ikunu ‘kwieti’ fiċ-ċirkustanzi.
Fl-istess ħin, l-Ukrajna qed tidher kuntenta b’dan il-ftehim sponsorjat mill-OSCE – l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa. Dan meta mhux eskluż li l-aħħar żviluppi għandhom jgħinu lejn it-tnaqqis tat-tensjoni militari mal-fruntieri tal-Ukrajna mar-Russja.
It-tensjoni f’dik iz-zona, s’issa, kienet mill-aktar akuta, bil-Gvern fi Kiev u l-Punent jakkużaw lir-Russja dwar il-movimenti ta’ 100,000 truppi lejn l-artijiet max-xifer tal-Ukrajna.
Din il-ġimgħa, il-President Russu Vladimir Putin hedded ‘il-miżuri militari adekwati’ f’każ li l-Punent ‘ikompli bil-politika aggressiva fil-konfront ta’ pajjiżu’. Intant, Putin qal ukol li dawn il-miżuri ‘mhumiex l-għażla preferuta tiegħu’ u qed jittama li jissieħeb f’taħditiet mar-rappreżentanti tal-Istati Uniti fil-bidu tas-sena d-dieħla.
//= $special ?>