Lokali

VOXPOP: Qed tiċċelebra ż-żminijiet ta’ festi kif tixtieq fid-dawl tal-pandemija?

Bla dubju li l-COVID bidlet il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna.

Fil-fatt, ħafna qed jittamaw li s-sena l-ġdida ġġib magħha xaqq ta’ dawl għan-normalità li konna mdorrijin biha daqs sentejn ilu qabel ma faqqgħet il-pandemija tal-COVID.

Dan hekk kif b’mod speċjali matul dawn iż-żminijiet ta’ festi, ħafna qed iħossu n-nuqqas taċ-ċelebrazzjonijiet kif konna imdorrijin bihom, b’mod speċjali l-festini li fil-passat kienu jsiru mal-qraba u ħbieb.

U ma jistax jonqos li l-iktar aħbarijiet li matul din is-sena li waslet biex tispiċċa baqgħu ittimbrati fuq moħħ kulħadd, huma dawk relatati mal-COVID-19.