Internazzjonali

Covid-19: Il-varjant Omicron qed jidher anqas b’saħħtu mill-varjant Delta…iżda l-ħtieġa għal kawtela ma tonqosx

Studju li għamlu l-esperti tas-saħħa fir-Renju Unit żvela li persuni infettati bil-varjant il-ġdid tal-Covid-19, Omicron, għandhom 70 fil-mija inqas ċans li jiddaħħlu għall-kura fl-Isptarijiet. Dan meta l-Omicron qed ikun ipparagunat mal-varjant tad-Delta li infetta l-mijiet tal-eluf madwar id-dinja,

Sadanittant, l-Aġenzija tas-Sigurtà tas-Saħħa Brittanika qalet li l-istatistika qed tipprovdi  tama ġdida li l-coronavirus, ‘il quddiem, ikun ikkontrollat, minkejja li l-każi ta’ dan il-varjant qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla ħafna.

Madanakollu ġie spjegat li preżentament huwa wisq kmieni sabiex wieħed ikun jaf b’ċertezza il-passi li jmiss fil-ġlieda kontra din il-pandemija li d-dinja ilha tħabbat wiċċa magħha għal dawn l-aħħar sentejn.

Fi żviluppi oħra, l-awtoritajiet fl-Ekwador ħabbru li l-vaċċin se jkun mandatorju għal kull min għandu minn 5 snin ‘il fuq — ħlief għal dawk li huma eżentati minħabba raġunijiet mediċi. Dan hekk kif il-Gvern Ekwadoren qed jipprova jlaqqam il-poplu kollu — bil-booster, s’issa,, jingħata lil aktar minn 900,000 persuna.

Intant fiċ-Ċina, mat-13-il miljun persuna spiċċaw taħt lockdown fil-Belt ta’ Xi’ian . Dan wara li f’din il-belt kien hemm irreġistrati 211-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’temp ta’ ġimgħa.