Mara ta’ 48 sena minn Santa Lucia li kienet tpoġġiet taħt ordni ta’ probation wara li nstabet ħatja ta’ kompliċità ta’ serq ta’ 24 ċilindru tal-gass minn quddiem diversi djar tan-nies minn lokalitajiet differenti kellha s-sentenza mibdula għal erba’ snin ħabs talli naqset li tobdi l-ordnijiet li ngħatat.
Il-kompliċità tas-serq kien sar minn Ruth Spiteri kien sar fix-xhur ta’ Settembru u Ottubru tal-2017 fejn hija kienet instabet ħatja li flimkien ma’ persuna oħra serqet iċ-ċilindri quddiem 12-il dar. L-Ewwel Qorti kienet ikkundannata 18-il xahar ħabs sospiżi għal 24 xahar.
Is-serq kien sar fis-Swieqi, Marsaxlokk, Mosta, San Ġwann, San Ġiljan, Pembroke u Wied il-Għajn. Minbarra serq ta’ ċilindri hija kienet instabet ħatja wkoll li serqet għodod minn sit ta’ kostruzzjoni fis-Swieqi. Spiteri li għandha problema ta’ droga kienet talbet li l-Qorti tal-Maġistrati tinbidel f’Qorti ta’ Droga imma t-talba kienet miċħuda.
Il-Qorti semgħet lill-Uffiċjal tal-Probation Joanna Farrugia tispjega li kien difficli ghaliha taghmel kuntatt ma Ruth Spiteri minhabba l-pandemija tal-COVID-19. Hija bagħtet ittra lilha biex tagħmel kuntatt magħha iżda din naqset li tagħmel tali kuntatt. Hija tagħta appuntament għal nhar is-6 ta’ Lulju 2021 iżda dak iż-żmien ma kienux qed jieħdu testijiet tal-urina.
F’Awwissu 2020 reggħu bdew jieħdu it-testijiet. u x-xhud qalet li fit-23 ta’ Settembru 2020 hija għamlet test u dan ta riżultat pożittiv għall-presenza tad-droga kokaina. Fil-fatt tgħid li Spiteri qaltilha li kellha relapse. Hija tatha 21 appuntament b’kollox iżda attendiet ghal disgħa minnhom biss. Fid-29 ta’ Settembru 2020 tat kampjun tal-awrina ieħor u dan ukoll ta riżultat pożittiv għall-presenza tad-droga kokaina.
Qaltilha biex terga tattendi għal ġimgħa ta’ wara iżda din naqset li tagħmel dan. Mit-tmien testijiet li ħaditilha rriżulta li sitta minnhom taw riżultat pożittiv għall-preżenza tad-droga kokaina.
Il-Qorti qalet li kienet paċenzjuza iżżejjed maż Spireri għaliex anke quddiemha stess wara li kienet saret id denunzja mill Uffiżżjal tal-Probation reġghet tatha ċans tirriabilita ruħha iża ma għarfitx tapprofitta ruħha minn dik l-ordni . Il-Qorti tal-Appell irrimarkat ukoll li minkejja li kienet imwissija, l-mara kisret waħda mill-aktar kundizzjonijiet importanti tal-probation order u m’attenditx għall-appuntamenti.
L-Imħallef Scerri Herrera ddeskriviet dan in-nuqqas bħala “atteġġjament ta’ sfida fil-konfront tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja”. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Trevor Micallef.
//= $special ?>