Għall-kuntrarju ta’ pajjiżi Ewropej oħra, il-gender pay gap f’Malta għola b’4.4 punti perċentwali fl-aħħar snin.
Studju juri li n-nisa b’impjieg b’pagi għoljin għandhom aktar probabbilta’ li jitħallsu inqas mill-irġiel li jagħmlu l-istess tip ta’ xogħol.
F’Malta l-inqas differenza fil-pagi bejn is-sessi nstabet fost dawk b’paga medja baxxa (8%) u l-ogħla fost dawk bl-ogħla paga (16%).
L-istudju li sar mill-Eurofund juri li fl-UE ġenerali, id-differenza fil-pagi bejn is-sessi naqset b’mod konsiderevoli matul l-aħħar snin. Għall-Unjoni Ewropea, din kienet stabbli bejn l-2010 u l-2014 b’15.8% u 15.7% rispettivament.
L-akbar tnaqqis fil-gender pay gap kien irreġistrat fil-Lussemburgu u f’Ċipru fejn id-dfferenza tnaqqset b’aktar minn 7 perċentwali u l-Estonja u r-Rumanija fejn naqset b’6 punti.
Minkejja dan, diversi pajjiżi żiedu fil-gender pay gap, speċjalment fis-Slovenja fejn id-distakk żdied b’7 punti, fil-Kroazja u fil-Latvja fejn id-distakk żdied b’6 punti u f’Malta u fil-Polonja fejn id-distakk żdied b’4 punti.
Iżda għalkemm id-differenza fil-pagi bejn is-sessi hija l-ogħla f’Malta fost l-aktar imħallsa, Malta tikklassifika fost il-pajjiżi bl-akbar differenza fost l-inqas imħallsa.
//= $special ?>