Il-kelb tad-Dwana Charlie ghen biex l-Uffiċjali tad-Dwana jaqbdu €15,000 fi flus kontanti li ma kinux iddikjarati. Dawn instabu f’bagalja ta’ passiġġier fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-kaz sehh fis-sala ta’ tluq hekk kif il-kelb Charlie indika lill-ufficjali tad-dwana lejn passiġier Malti li kien se jivvjaġġa ma’ martu u bintu waqt li kien qed iġorr €22,000 fil-ġakketta tiegħu, €1,230 fil-kartiera u €355 oħra fil-handbag tal-mara tiegħu.
Intant ir-raġel aċċetta li jħallas multa sabiex seta’ jkompli bil-vjaġġ tiegħu minflok ma jitressaq il-Qorti – dan hekk kif persuna ma tistax iġġorr fuqha aktar minn €10,000 fi flus kontanti mingħajr ma jkunu dikjarati.
//= $special ?>