Għalkemm l-Iran hu magħruf bħala pajjiż b’ideali Iżlamiċi fundamentalisti li ma jippermettux ideat li jirriflettu l-ħsibijiet tal-Punent, il-Milied xorta waħda qed ikun imfakkar fir-reġjuni tal-pajjiż — anki jekk mhux bl-istess pompa assoċjata maċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali fl-Ewropa u bnadi oħra.
L-Iranjani, fil-parti kbira, jirreferu għall-Milied bħala ‘il-Festa ż-Żgħira’ u meta fil-bidu ta’ Diċembru jispikka ritwal ta’ sawm fejn il-komunità Kristjana fl-Iran ma tiekol l-ebda prodott mill-annimali għal 25 ġurnata – eżattament sa Jum il-Milied.
It-tradizzjoni ssir bl-intenzjoni li wieħed jippurifika ruħu permezz tas-sawm qabel iċ-ċelebrazzjoni tat-twelid ta’ Sidna Ġesu.
F’ Tehran, il-belt kapitali tal-Iran, wieħed jista’ jara l-ħwienet mixgħulin u mżejnin għall-Mlied u minfejn jinbiegħu l-oġġetti sinonimi ma’ dawn il-festi.
Hu kkalkulat li hemm mal- 150,000 Kristjan residenti fl-Iran u li l-parti kbira tagħhom huma Armeni.
Dawn in-nies, kull sena, jiċċelebraw il-Milied fil-Knejjes u fil-privazija ta’ darhom waqt li hu minnu li numru ta’ familji Iranjani Musulmani wkoll adottaw xi drawwiet tal-Milied – fosthom ix-xiri tar-rigali u l-preżenza tas-Siġar tal-Milied għat-tgawdija tat-tfal.
//= $special ?>