Għawdex Internazzjonali Lokali

Kelb minn Sqallija jogħsfor f’Għawdex; is-sid l-isptar bl-inkwiet

L-istorja ta’ Floriana Pisani u Jackie, il-kelba tagħa hija waħda li qajmet kjass fost l-Isqallin li jħobbu l-annimali u jidher li l-awtortijiet Taljani kkonċernati qed jittrattaw il-każ b’serjetà kbira.

“Se nibqgħu ninvestigaw sakemm insibu soluzzjoni. Tlabna lill-Ambaxxata Maltija f’Milan biex tgħinna nsolvu l-każ. Il-kelba trid tinstab”. Hekk kitbu l-awtoritajiet Talnani wara li s-sid tal-kelba tar-razza Beauce Shepherd spiċċat rikoverata l-isptar bl-inkwiet.

Kollox beda meta Pisani, li tgħix Catania, iddeċidiet li ddaħħal lil Jackie f‘show tal-klieb li kien se jsir Malta. Madankollu hija kellha tħalli l-kelba f’idejn ‘ħabib’ tagħha li kien se jieħu lill-kelb tiegħu għall-istess attività. “Ħalliha f’idi. Nieħu ħsiebha jien”, kien qallha.

Jackie ttieħdet Għawdex u mhux magħruf fejn tinsab issa

Il-ħabib ta’ Floriana telaq minn Pozzallo u baqa’ sejjer lejn il-gzira Għawdxija fejn kien se joqgħod għand ħabib tiegħu. Floriana filgħaxija bgħatet messaġġ lill-ħabib tagħha biex tara l-kelba kinitx kielet, iżda dan qallha li kien se jitmagħha aktar tard. Filgħodu madankollu, Floriana tirċievi telefonata li l-kelba kienet ħarbet. Skont il-ħabib tagħha, Jackie kienet qasmet sarima tal-ħadid għax beżgħet meta semgħet żiemel jiżher.

Floriana qabdet l-ewwel ajurplan lejn Malta u alleratat l-awtoritajiet. Il-ħabib tagħha u r-raġel l-ieħor li kien qed jospitah ma għenu xejn fl-investigazzjonijiet u saħansitra qallha ma tiffittaħx aktar u li dak li kien ġara kien ġara.

Floriana telqet minn Għawdex mingħajr il-kelba maħbuba tagħha li sa issa ma hemmx ħjiel ta’ fejn tista’ tkun. U bl-inkwiet spiċċat rikoverata l-isptar b’ansjetà, fejn issa ilha aktar minn xahar.

Iżda l-awtoritajiet Taljani qed jittrattaw il-każ b’serjetà kbira u wegħdu lil Floriana li mhux se jieqfu sakemm isolvuh u li mhu se jħarsu lejn wiċċ ħadd.

Intant jekk xi ħadd lemaħ lill-Jackie f’Għawdex jew Malta jew għandu xi informazzjoni li tista’ tgħin jissolva dan il-każ, jista’ jikkuntattja lil Floriana anke b’mod anonimu fuq +39 347 9269949.

Jekk għandek informazzjoni għaddiha lil Floriana fuq in-numru indikat