Daqqa oħra għar-reputazzjoni ta’ pajjiżna….bit-tebgħa sewda u kriżi li ġab fuqna Gvern tal-Labour tkompli tikber għal proporzjonijiet li qatt ma għixnihom.
Dan wara li l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ korruzzjoni f’Malta jinsabu taħt skrutinju qawwi mill-Istati Uniti.
Sostna dan uffiċjal mill-Ambaxxata Amerikana f’Malta mal-ġurnal Times of Malta wara li l-Gvern Amerikan ipprojbixxa lil eks Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi u eks Chief of Staff Keith Schembri kif ukoll lin-nisa tagħhom u uliedhom milli jsiefru lejn l-Istati Uniti…hekk kif ġew deskritti bħala persuni involuti f’korruzzjoni sinnifikanti.
L-uffiċjal spjega li l-Istati Uniti tieħu allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni b’mod serju ħafna, bil-passi jittieħdu b’mod deċiżiv u mingħajr dewmien.
Madanakollu minkejja li ħafna mili ‘l bogħod u f’kontinent ieħor..il-passi fil-konfront tagħhom ittieħed…wara dawn is-snin kollha ta’ skandli…f’Malta Schembri u Mizzi għad iridu jħabbtu wiċċhom ma’ xi tip ta’ azzjoni mill-pulizija b’rabta mal-allegata korruzzjoni li kienu involuti fiha…waħda li swiet il-miljuni tal-ewro lill-but il-poplu Malti u Għawdxi.
Il-kelliem għall-Ambaxxata Amerikana spjega li Mizzi u Schembri kienu involuti f’atti ta’ korruzzjoni li jinkludu wkoll l-użu tal-influwenza politika tagħhom kif ukoll li għamlu użu mis-saħħa tas-siġġu li kienu jokkuppaw għal gwadann personali tagħhom.
Huwa insista li hemm informazzjoni kredibbli li tindika li l-aktar żewġ persuni qrib l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kienu involuti fi skema ta’ korruzzjoni li wasslet ukoll għall-għotja ta’ kuntratt għal bini ta’ powerstation fi skambju ta’ kickbacks u tixħim.
Dan filwaqt li spjega li l-aġir tagħhom jimmina kompletament il-fiduċja tal-poplu Malti u d-demokrazija fil-pajjiż.
//= $special ?>