Lokali

Mitt sena mill-ewwel dimostrazzjoni tal-bambin tal-Milied

Tradizzjoni li bdiet minn San Ġorġ Preca

Mitt sena wara… il-Knisja tas-Samra, fil-Ħamrun qed tfakkar iċ-ċentinarju tal-ewwel dimostrazzjoni bil-Bambin tal-Milied… tradizzjoni Maltija li kien bdiha propju San Ġorġ Preca f’Diċembru tal-1920.

Hekk kif l-idea kienet qamet propju ftit ġranet ‘il bogħod mill-Milied, il-bambin kellu jiġi misluf mill-Knisja tas-Samra… bambin li kien inħadem bil-kartapesta fl-1910 f’Lecce.

Illum il-ġurnata, dan il-bambin jinżamm f’niċċa fl-istess Knisja u jinħareġ kull sena għal żmien il-Milied biex lejliet il-Milied issir id-dimostrazzjoni tiegħu fil-pjazzetta ta’ quddiem il-Knisja.

Net News tkellem mal-Kuratur Dun Andrew Borg fejn spjegalna aħjar din it-tradizzjoni li bdiet mill-Qaddis San Ġroġ Preca.

Hu kompla jgħidilna li permezz ta’ dan il-bambin jixtieq iwassal il-messaġġ tal-għaqda bejn il-komunità Maltija.

F’għadd ta’ Parroċċi, lejliet il-Milied issir id-dimostrazzjoni tal-bambin biex imbagħad wara ssir il-quddiesa ta’ nofsillejl.