Kważi 24 miljun persuna se jkunu qed iqattgħu dan il-Milied fi kwarantina għax huma infettati mil-virus. Bħalhom mijiet ta’ miljuni oħra li spiċċaw maqfulin ġewwa għax kellhom kuntatt magħhom.
Jekk int wieħed minn ħafna li se tkun qed tqatta’ dawn il-jiem ta’ festi ġewwa, il-probabbiltà hi li se jkollok ħafna ħin fuq idejk.
Netnews.com.mt ħaseb li jagħtik ftit ideat ta’ kif tista’ tqatta’ dawn il-jiem fl-ispirtu tal-Milied anke jekk se tqattgħu bejn erba’ ħitan.
Żejjen il-kamra
Jekk se tkun qed tqatta’ dal-jiem ġewwa, żomm ħaj l-ispirtu tal-Milied billi żżejjen il-kamra li se tkun fiha speċjalment jekk se tkun waħdek. Bhekk tidħol aktar fl-atmosfera tal-festi. Tinsiex il-kalzetta għal Santa Klaws, u tinsiex tħejjilu ftit ħalib u gallettini llejla!

Aħmi l-gallettini tal-Milied
Jekk għandek aċċess għal kċina, aħmi l-gallettini tal-Milied. Hemm diversi riċetti sempliċi għall-Christmas Cookies – imma jekk verament trid tagħmel biċċa xogħol tajba trid tkun lest li bil-paċenzja kollha tiksihom b’mod li juri verament li huma gallettini tal-festi.

Ieqaf u mmedita
Għal ħafna snin il-meditazzjoni kien fenomu li bħal donnu kien marbut biss mal-kulturi tal-lvant. Madankollu llum kulħadd jifhem il-benefiċċji li wieħed jieħu ‘pawża’ u jieqaf fil-mument.
Jekk qatt ma ppruvajtha, mhemmx okkażjoni aħjar mill-kwarantina biex tipprova tieqaf għal ftit ħin u timmedita. Fuq Youtube għandek issib ħafna videos tajbin li jgħinuk tagħmel dan! Il-meditazzjoni t-tajba 🙂

Dur dawra miegħek inniffsek
Sew jekk inti mara u sew jekk inti raġel, dan hu żmien tajjeb biex tieħu ftit aktar ħsieb tiegħek inniffsek.
Illum il-kura tal-persuna m’għadhiex biss xi ħaġa tan-nisa, iżda ħafna rġiel qed jitgħallmu wkoll jieħdu ħsieb tagħhom infushom.
Issa l-mument li tagħmel dak il-homemade facial, li tapplika dik il-mask li kont xtrajt (jew tisraq tal-partner jekk m’għandekx), li tittrimmja dik il-leħja (jekk int raġel), li ddur id-dwiefer ta’ jdejk u ta’ saqajk… insomma dawra tajba għandek ħin għaliha żgur. Fissed ftit lilek innifsek.

Iċċelebra xorta
Imbilli qiegħed ġewwa ma jfissirx li ma tistax tiċċelebra.
Ftiehem ma’ xi qraba jew ħbieb li forsi huma wkoll jinsabu kwarantina, jew anke jekk mhumiex, u għamlu party b’mod virtwali. It-teknoloġija tippermettielna l-lussu li naqsmu mumenti speċjali ma’ ħaddieħor anke jekk ma nkunux fl-istess kamra.
Mela pprepara ftit ikel li tħobb (tinsiex il-gallettini tal-Milied li ħmejt) u xi ħaġa x’tixrob, kappell tal-karti, suffara u ixgħel il-wifi. U biex tkun kompluta, tinsewx il-Christmas Karoke!

Agħmel l-affarijiiet tax-‘xi darba‘
Xi darba nagħmel dik il-jigsaw puzzle. Xi darba nibda dak il-ktieb. Xi darba nagħmel it-tiswija tal-ħwejjeġ. Xi darba nibda dik it-tapestry. Issa m’għandekx skuża. Ħin għandek. Agħmel dak li ilek tgħid li trid tagħmel. Jekk mhux illum, meta?

Segwi l-programmi ta‘ Net TV
Bħal ma jagħmel dejjem, Net Television ħejja skeda apposta għal dawn il-jiem ta’ festi.
Fost l-oħrajn illejla jkun hemm xandiera diretta tal-Quddiesa ta’ Nofsillejl li ibda għall-ħabta tal-10.00am, u għada, f’jum il-Milied, skeda mimlija li tinkludi l-messaġġ tal-Papa dirett minn Ruma.
Filgħaxija mbagħad wara l-aħbarijiet ta’ NetNEWS fis-6.00pm jixxander programm speċjali ta’ Family Affair fejn il-preżentaturi ta’ NetFM se jkunu qed irebbħu rigali lill-membri ta’ Club101u wara l-aħbarijiet tas-7.30pm edizzjoni speċjali ta’ The Entertainers, preżentat minn Victorio Gauci u Corazon.


Biex tara x’hemm skedat għal dawn il-jiem fuq Net TV agħfas hawn.
//= $special ?>