Lokali

Aktar minn 800 ikla għal 275 familja

Sfortunatament minħabba restrizzjonijiet imposti, is-sena l-oħra, l-Ikla tal-Milied ma’ setgħetx tkun effettiva daqs is-snin ta’ qabel… fejn il-familji fil-bżonn kienu jinġabru u jieklu flimkien qishom familja waħda.

Madankollu din is-sena, l-Caritas kienet preparata u adattat sabiex l-Ikla tal-Milied tkun tista tasal għand il-familji fi djarhom, b’ikla professjonali, kompluta bid-deżerta, preparata minn Alfred Mizzi Foundation.

Din is-sena l-Caritas m’offrietx biss ikel lill-familji fil-bżonn iżda offriet ukoll għajnuna fuq livell personali. Dan hekk kif il-Caritas għandha gruppi ta’ nies preparati biex jirrispondu t-telefonati u jżommu kumpanija lill-dawk li jinsabu waħedhom f’dawn iż-żmienijiet.

Albert Debono stqarr li huwa ferm importanti li l-poplu jingħaqad flimkien bħala familja waħda biex nigħnu lill-xulxin.

Tags