Kien b’dan il-mod kif il-Papa Franġisku temm il-messaġġ lill-Insara madwar id-dinja fil-ħin tal-Angelus, waqt il-barka tal-Urbi et Orbi, mill-gallarija tal-Bażilika ta’ San Pietru li tagħti għal fuq il-Pjazza tal-Vatikan quddiem il-pellegrini li rritornaw wara nuqqas ta’ sena f’xita qliel nhar il-Milied.
F’messaġġ li xxandar madwar id-dinja, inkluż fuq NET Television, il-Papa esprima l-ferħ li jġib miegħu dan il-jum qaddis għaliex permezz tal-ġrajja tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, Alla wera lid-dinja t-triq tal-għaqda u d-djalogu sabiex timxi fuq l-istess passi b’fiduċja u tama, xi ħaġa lid-dinja hija tant mixtieq f’dawn iż-żminijiet ta’ pandemija.
Fost it-temi li elenka fil-messaġġ tiegħu tal-Papa, Franġisku appella għall-paċi fil-Lvant Nofshani, l-Ukrajna u l-Mjammar, għar-rikonċiljazzjoni u s-solidarjetà mal-Afrika u l-Amerka t’Isfel u għal dinja aktar solidali li tħares kemm is-saħħa tal-umanità kif ukoll il-ġid komuni, il-pjaneta u l-ambjent.
Il-messaġġ tal-Milied għandu jqanqal lill-bniedem sabiex iwieġeb għat-traġedji fid-dinja bl-imħabba u l-paċi filwaqt lill-mexxejja madwar id-dinja sabiex jagħtu aċċess ugwali għat-tilqim, speċjalment għal dawk li jeħtieġu t-tilqima l-aktar, fosthom il-vulnerabbli u l-fqar.
Għalkemm irrikonoxxa u talab biex negħlu l-isfidi kbar li qed taffaċċja d-dinja, il-Papa Franġisku saħaq li t-tama tirbaħ fuq kollox hekk kif twildilna tifel li hu l-iben t’Alla li ġie biex jifdina.
//= $special ?>