Lokali

Il-prietka tat-tifel tħejji l-insara għat-tħabbira tal-Milied

Dina l-prietka hija l-preludju għall-Quddiesa ta’ Nofsilejl, quddiesa li li fiha jitħabbar it-twelid ta’ Ġesù Bambin fi stalla f’Betleħem u li fil-Katidral tkun iċċelebrata mill-Arċisqof, Charles Scicluna.

Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof qal li dan il-lejl qaddis iħeġġeġ lill-Insara jidħlu fil-glorja tal-Mulej u jdawwalhom minn ġewwa għax dina l-glorja hija l-espressjoni tal-ħniena tiegħu.

F’dan il-lejl qaddis, l-Insara jinġabru qabel il-quddiesa biex jagħtu tifħir lil Ġesù Bambin flimkien mal-korijiet bil-kant tal-għanjiet tal-Milied biex il-Velja tagħlaq bil-prietka tat-tifel qabel il-quddiesa ta’nofsilejl.

Tags