Lokali

Ir-ritorn tad-dimostrazzjoni bil-Bambin

F’bosta bliet u rħula madwar Malta u Għawdex, fil-lejl tal-Milied u l-iljieli ta’ qabel, issir id-Dimostrazzjoni b’Ġesu Bambin, tradizzjoni li bdiet 100 sena ilu mill-fundatur tas-Soċjeta MUSEUM, San Ġorġ Preca, fil-Ħamrun lura fl-1921 bil-għan tinxtered id-devozzjoni lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni u li dina s-sena rritornat wara waqfa ta’ sena kawża tal-pandemija

Din is-sena, Net News żar il-Purċissjonijiet taż-żewġ parroċċi ta’ Ħal Qormi, dik ta’ San Ġorġ u San Bastjan, b’dawk li attendew kellhom jirreġistraw l-attendenza tagħhom minn qabel, jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin u li jinġabru f’ġemgħa ta’ mhux aktar minn 100 persuna.

Dina d-dimostrazzjoni fil-lejl tal-Milied tkun akkumpanjata bil-kant tal-għanjiet tal-Milied mill-għannejja:

jew bid-daqq tal-għanjiet mill-baned, li f’San Bastjan kienet akkumpanjata mis-Soċjetà Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan:

Tul dan ix-xahar, id-Dimostrazzjoni ta’ Ġesù Bambin kienet f’nofs kontoversja sħiħa wara li l-Gvern, permezz tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, talab lill-Arċipriet, ‘l-Kappillani u lis-Soċjetà tal-Mużew sabiex jorginazzaw id-Dimostrazzjoni bl-użu tal-barikati, li tagħmilha prattikament impossibli biex din tiġi organizzata.

Kien bl-intervent tal-Kurja tal-Arċisqof li dan ir-rekwiżit tneħħa sabiex setgħu jiġu organizzati dawn id-Dimostrazzjonijiet propju fl-ewwel ċentinarju tagħhom.

Tags