Aħbarijiet xejn sbieħ fil-ġurnata tal-Milied f’dak li għandu x’jaqsam mas-sitwazzjoni tal-Coronavirus f’pajjiżna. Dan hekk kif fl-aħħar aġġornament fuq Facebook, l-awtoritajiet ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa, bil-COVID-19 tilef ħajtu raġel ta’ 40 sena biex b’hekk issa l-pandemija ħadet total ta’ 474 ħajja.
Din l-aħbar kerha tasal ukoll fl-istess jum li pajjiżna reġa’ rreġistra aktar minn 900 każ ġdid tal-virus, din id-darba 917-il każ. Dan filwaqt li fl-aħħar sigħat fiequ 96 persuna biex b’hekk il-każ attivi issa telgħu għal 5,289.
Il-persuni li qed jingħataw kura fl-Isptar minħabba kumplikazzjonijiet bis-sintomi, fl-aħħar sigħat naqsu minn 70 għal 68. Dan filwaqt li ħarġet persuna mill-ITU biex issa, fit-taqsima tal-kura intensiva hemm rikoverati erba’ persuni.
Fl-aħħar sigħat ingħataw madwar 2,000 doża tal-booster tal-vaċċin.
//= $special ?>