Lokali

Malta fil-Presepju

l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija qiegħda tipprezenta wirja ta’ presepju artistiku b’diversi xenarji
tal-Gżejjer Maltin.

Bit-tema ‘Malta fil-Presepju’, il-Presepju ta’ din is-sena huwa bbazat fuq il-Gżira ta’ Għawdex u joffri dettalji ta’ postijiet pittoreski f’ Għawdex bħal bajja tax-Xlendi, l-għolja tas-Salvatur f’Masalforn, kif ukoll il-Wied tal-Lunzjata.

Il-Presepju huwa imżewwaq b’xeni tal-pajsaġġ tipiku li nsibu fil-gżejjer Maltin. Jikkumplimenta dan kollu, nsibu sett ta’ pasturi artistici li jirrapreżentaw snajjiet u lbies tradizzjonali, xogħol l-artist Jesmond Micallef. L-attrazzjoni principali hija il-Grotta tan-Nativita. Din hija ambjentata f’mudell tal-kappella l-antika tal-Madonna ta’ Pinu fejn jingħad li l-Madonna dehret lil Karmni Grima lura fis-sena 1883. Minflokk din il-Kappella, llum insibu l-Bazilika ddedikata lil Madonna ta’ Pinu.

Ta’ min wieħed jgħid li matul dawn il-ġranet ta’ Festi, l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija qed tesebixxi Presepju ieħor b’xenarji tal-Belt Valletta gewwa l-Berga ta’ Kastilja, fuq stedina tal-ufficju tal-Prim Ministru.

Minbarra d-diversi kompetizzjoni lokali li ntrebħu fl-aħħar snin, l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija kellha l-unur li tarma presepju fil-bazilika Papali San Paulo Fuori le Muru f’Ruma kif ukoll rebħet id-dritt li tesebixxi b’mod permanenti Presepju ukoll b’xenarji Maltin ġewwa l-Museum of the Bible f’Washington D.C fl-Istati Uniti.

Il-Presepju ser ikun miftuh sal-Hamis 6 t’Jannar Il-hinijiet tal-ftuh huma kif gej:

Mit-Tnejn sal-Gimgha bejn il-5.30pm u t-8.30pm
Hdud u Festi bejn id-9.30am u 12.00pm u bejn il-5.00pm u t-8.30pm.

Iktar informazzjoni u ritratti jinstabu fuq il-paġna ta’ facebook Malta fil-Presepju u tal-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija, Luqa jew tista tagħmel kuntatt fuq in-numru 99867533.

Tags