Madwar id-dinja iċċelebrat Jum tal-Milied –Madankollu, għat-tieni sena konsekuttiva, jispikkaw folol ta’ nies iżgħar mis-soltu fil-knejjes u f’avvenimenti oħra minħabba li l-pandemija għadha magħna u r-rata tat-tixrid tal-virus fl-aħħar jiem splodiet ‘il fuq.
Miljuni ta’ persuni f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja fosthom fl-Istati Uniti .. mhux se jkunu jistgħu jqattgħu l-vaganzi mal-familji tagħhom bħal kull sena preċedenti għaliex jinsabu maqfulin fi djarhom .. Dan wara li feġġ l-varjant Omicron li ġab miegħu diżastru sħiħ madwar id-dinja kollha.
Iżda mhux biss… Ħafna jinsabu maqbuda l bogħod minn pajjiżhom. u mill-maħbubin tagħhom għaliex minn tal-inqas 4,500 titjira ġew ikkanċellati madwar id-dinja fi tmiem il-ġimgħa tal-Milied, bil-varjant Omicron jerġa’ jkun il-kawża tal-kaos.
Globalment lejlet il-Milied kien hemm madwar 2,400 titjira kkanċellati u 10,000 titjira oħra ttardjati … hekk kif diversi ajruporti u linji tal-ajru qed ibatu minn nuqqas ta’ ħaddiema. Jidher ukoll li madwar 1,700 rotta ma kinux skedati li joperaw kif ippjanat f’Jum il-Milied, b’409 oħra mhux mistennija li jsiru l-għada tal-Milied .. waqt Boxing Day.
Intant, fir-Renju Unit, ir-Reġina qed terġa’ tikser it-tradizzjoni Irjali minħabba l-COVID-19 u għat-tieni sena se terġa’ tqatta’ Jum il-Milied f’Windsor. Ir-Reġina Eliżabetta II ħadet din id-deċiżjoni li ma tivvjaġġax lejn Sandringham f’Norfolk aktar kmieni din il-ġimgħa minħabba li l-każi tal-virus qed jitilgħu b’mod allarmanti fil-pajjiz u minflok se tqatta’ dawn il-jum mal-membri tal-familja fil-kastell ta’ Windsor.
Il-Prinċipessa Anne bħalissa tinsab f’iżolazzjoni wara li żewġha Tim Laurence irriżulta pożittiv għal COVID-19. Id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge se jkunu qed iqattgħu l-Milied f’Norfolk ma’ wħud mill-familja ta’ Kate.
Intant, aħbar ħelwa toħodna fit-Tajlandja … fejn bosta iljunfanti dehru lebsin il-maskri u kpiepel ta’ Santa Claus f’lejliet il-Milied, fejn matul il-ġurnata tqassmu sanitizers, maskri u bżieżaq lill-diversi studenti tal-iskejjel.. fl-avveniment annwali tagħhom tal-Milied.
Din it-tradizzjoni isir kull sena, fejn numru ta’ iljunfanti mir-Royal Elephant Palace f’Ayutthaya jilbsu kostumi ta’ Santa Claus u jżuru lit-tfal fl-iskejjel sabiex jqassmu rigali… iżda din is-sena saret b’mod differenti sabiex iħeġġu lit-tfal biex ikompli jsegwu l-miżuri tal-pajjiż abbinati mal-Covid-19.
//= $special ?>