Minbarra li l-iċċelebrar tal-Milied, id-dinja llum qiegħda tfakkar l-akbar mument storiku li seħħ fis-seklu 20, hekk kif bħal-lum 30 sena ilu għal-ewwel darba wara 74 sena il-bandiera kommunista f’Moska tniżżlet minn fuq il-Kremlin, u minfloka tpoġġiet il-Bandiera Moderna tal-Federazzjoni Russa.
Kien illum ukoll li l-aħħar President Sovjetiku Mikhail Gorbachev irriżenja mill-kariga tiegħu ta’ president, hekk kif mal-waqa tal-Gvern Sovjetiku waqgħet ukoll il-ħajt tal-ħadid li kien qed jaqsam lill-Ewropa f’biċtejn.
Fir-rakkonti tiegħu, Gorbachev li issa għandu 90 sena stqarr li jħossu ferm iddispjeċut li ma rneċċielux jippreveni din is-sitwazzjoni u jikkontrolla lill-pajjiż.
Dan hekk kif fit-8 ta’ Diċembru mexxejja mir-Russja, l-Ukranja u l-Belarus u diversi pajjiżi oħrajn, ddikjaraw il-mewt tal-era kommunista u taw lill-Gorbachev l-għażla li jew jirreżenja min jgħeddu jew li r-Russja tiffaċjja Gwerra ċivili oħra.
F’din l-istorja Malta ma’ qadietx tħares mill-kwinti iżda lagħbet parti integrali, hekk kif fl-1989, ftit tal-ġimgħat qabel ma’ krolla l-ħajt ta’ Berlin, Malta laqgħet kemm lill-Mikhail Gorbachev, kif ukoll lill-George H.W. Bush, f’dak li diversi kmamar tal-aħbarijiet madwar id-dinka kienu qiegħdin jsejħulu l-aktar summit importanti tad-dinja minn żmien is-summit ta’ wara t-tieni gwerra dinija.
//= $special ?>