Għajjat u vandaliżmu fil-Guadeloupe hekk kif diversi demostranti rrnexxielhom jidħlu fil-Parlament tal-pajjiż biex jipprotestaw kontra l-miżuri l-ġodda għal kontra l-Coronavirus.
Il-protesti fi Guadaloupe ilhom għaddejjin minn nhar il-Ħamis li għadda, bid-demostrazzjonijiet jsiru ferm aktar vjolenti hekk kif beda jgħaddi l-ħin. Il-Qiegħa tant saħnet li d-demostranti saħansitra bdew jivvandaliżżaw il-binja tal-Parlament.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, id-Dipartiment għall-Affarijiet Barranin fi Franza, ħareġ mandat biex il-ħaddiema kollha li jaħdmu fis-setturi tas-saħħa jitlaqqmu inkella jitilfu l-impjieg tagħhom.
Dan filwaqt li ddaħħlet ukoll curfew biex jitnaqqas it-tixrid tal-Covid-19.
//= $special ?>