Tama ġdida għas-sena 2022, hekk kif l-Organiżazzjoni Dinjija tas-Saħħa – id-WHO – ddikjarat li skont ir-riċerka tagħhom, il-pandemija għandha tiġi fi tmiema lejn l-aħħar tas-sena 2022.
Id-Direttur Ġenerali tad-WHO Tedros Adhanom stqarr li huwa jemmen bis-sħiħ li sal-aħħar tal-2022 se neħilsu minn din il-pandemija li sentejn ilu ħasdet lid-dinja.
Adhanom stqarr li d-WHO issa tagħlmet kif dan il-virus jopera u għalhekk għandha biżżejjed informazzjoni dwar kif għandha tiġġieled kontra l-Coronavirus.
Meta mistoqsi, x’inhu l-pjan tad-WHO biex id-dinja teħles minn dan il-virus u l-varjanit kollha li ġab miegħu, Adhanom stqarr li biex neħilsu mill-pandemija kemm jista jkun malajr, huwa ferm importanti li Gvernijiet internazzjonali jaħdmu flimkien u jimxu fuq il-pariri kontinwi li toħroġ l-organizzazjoni.
Reġa’ sar appell biex biex jitlaqqmu kemm jista jkun persuni, għaliex dan se jgħin biex neħilsu darba għal dejjem mill-Covid-19.
//= $special ?>