Inċident tat-traffiku lejliet il-Milied ħalla tifel ta’ sentejn b’feriti gravi… l-inċident li seħħ għall-ħabta tat-8:30pm fi Triq is-Saqqajja, r-Rabat.
Ftit wara li seħħ dan l-inċident, il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta’ 35 sena residenti iż-Żurrieq, kienet qed isuq vettura tat-tip Mazda u għal xi raġuni tilfet il-kontroll u ħabtet f’siġra.
Filwaqt li l-mara ma sofriet ebda ġrieħi, it-tifel ta’ sentejn ingħata l-assistenza fil-post, minn tim mediku qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn iktar tard ġie iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>