Tifel ta’ sentejn spiċċa ferut gravi f’’inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8:30pm fi Triq is-Saqqajja, r-Rabat.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta’ 35 sena residenti iż-Żurrieq, kienet qed isuq vettura Mazda Demio u kellha mpatt ma’ siġra. Fil-vettura kien hemm ukoll tifel ta’ sentejn.
Filwaqt li l-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi, it-tifel ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard ġie iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>