Ninsabu biss ftit jiem ‘il bogħod minn bidu ta’ sena ġdida. Sena li se tħalli warajha 12-il xahar fejn id-dinja għaddiet minn bosta ġrajjiet.
U bħal kull sena, ma jistax jonqos li ħafna jibdew jaħsbu x’jixtiequ jbiddlu f’ħajjithom… dawk il-famużi riżoluzzjonijiet… b’oħrajn iħossu li huma kuntenti biżżejjed li ma jarawx il-bżonn li jbiddlu xejn.
U hekk kif is-sena 2021 kienet ikkaratterizzata b’mod speċjali mill-pandemija, ħafna rċivew aħbarijiet mill-isbaħ.
Ħafna esprimew ix-xewqa li s-sena l-ġdida tkun aħjar minn ta’ qabilha sabiex nibdew resqin xi ftit jew wisq lejn in-normalità li konna nafu daqs sentejn ilu… u b’hekk nerġgħu nkunu nistgħu nħaddnu magħna lil dawk l-aktar għeżież għalina.