Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 572 każ ġdid – il-virus jaħtaf ħajja oħra

Huma 572 il-persuni reġistrati pożittivi għall-Covid-19 f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa biex b’hekk f’temp ta’ tlett ijiem fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 2,444 każ ġdid.

Sfortunatament il-pandemija ħatfet ħajja oħra f’pajjiżna, mara ta’ 69 sena sabiex b’hekk l-ammont totali ta’ vittmi tal-Covid-19 f’Malta u Għawdex żdiedu għal 475 – b’4 vittmi fl-aħħar ħamest ijiem.

Dan filwaqt li bejn is-Sibt u l-Ħadd il-persuni rikoverati l-Isptar Mater Dei u li huma pożittivi għall-virus żdiedu għal 80, inkluż 5 persuni li jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar ukoll li 94 persuna ġew irreġistrati bħala mfejqa sabiex b’hekk il-każi attivi komplew jilħqu rekord ieħor lokali għal dak ta’ 5,766.