Internazzjonali

Il-Kongo: Jinqatlu waqt attakk suwiċida għal Jum il-Milied

L-uffiċjali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo qalu li, f’Jum il-Milied, mietu talanqas għaxra b’konsegwenza ta’ attakk suwiċida dirett kontra ristorant fil-belt ta’ Beni, u li dak il-ħin, kien ippakkjat bin-nies.

Il-vittmi tilfu ħajjithom fi splużjoni li seħħet ftit wara li l-pulizija żammew lill-aggressur responsabbli milli jidħol fil-bini. Intant, l-aggressur irnexxielu jtajjar l-isplussivi li kien qed iġorr fid-daħla tar-ristorant fejn mietu miegħu numru ta’ nies u b’oħrajn jisfaw midruba.

L-awtoritajiet qed iwaħħlu l-attakk fil-grupp militanti bl-isem Allied Democratic Forces (ADF)….Moviment li jingħad għandu r-rabtiet mal-entità terroristika ISIS.

Sal-bieraħ l-ebda grupp ma assuma responsabbiltà għall-attakk b’mod uffiċjali.