Internazzjonali Knisja

Imut l-Arċisqof Desmond Tutu – eroj tar-rikonċiljazzjoni fl-Afrika t’Isfel

Miet fl-età ta’ 90 sena wieħed mis-simboli tal-libertà fl-Afrika u rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi, Desmond Tutu – Isqof li kien maħbub immens u sinonimu mal-ġlieda kontra l-apartheid.

L-aħbar tal-mewt ta’ Monsinjur Tutu ingħatat mill-President tal-Afrika t’Isfel. Hu miet f’Cape Town l-għada tal-Milied.

Desmond Tutu kien meqjus bħala ġenju u bniedem mill-aktar kariżmatiku, li dejjem emmen fis-sewwa – u li l-ġustizzja ma tinkisibx bl-armi, imma bir-raġuni.

Numru ta’ snin ilu t-tobba kienu sabu li kellu kanċer fil-prostata. Għalkemm il-kawża eżatta tal-mewt tiegħu għadha mhix magħrufa.