Il-Pulizija Metropolitana, flimkien mal-pulizija ta’ Thames Valley, qed jinvestigaw iċ-ċirkustanzi li permettew biex raġel armat jidħol fl-artijiet tal-Kastell ta’ Windsor, f’Berkshire. Il-każ seħħ waqt li r-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra kienet qed tiċċelebra Jum il-Milied hemmhekk, waqt li fil-kumpanija ta’ binha, il-Prinċep Charles u martu Camilla, id-Dukessa ta’ Cornwall.
Ir-raġel – żgħażugħ ta’ 19-il sena minn Southampton – spiċċa taħt arrest wara li l-pulizija wieġbu minnufih għall-allert. Ingħad li l-arrest sar wara li r-raġel inqabad fuq il-monitors tal-kontrolluri tas-sigurtà u fejn, allegatament, deher armat b’qaws jew crossbow.
Mhux eskluż li r-raġel seta’ uża ħabel biex jixxabbat ma’ fence tal-metall fil-periferija tal-palazz, bl-investigazzjoni tikkonċentra fuq ‘din il-possibbiltà u aspetti oħra konnessi mal-każ’. Il-membri tal-Familja Rjali kienu infurmati bl-inċident waqt li l-pulizija sostniet li ‘ma kienx hemm xi periklu partikulari għall-pubbliku’.
//= $special ?>