Lokali

Ir-ristoranti jsofru d-daqqa taż-żieda fil-każi ta’ Covid-19

Aktar minn nofs il-bookings fir-ristoranti f’Malta ġew imħassra matul dan il-perjodu tal-Milied wara ż-żieda qawwija fin-numru ta’ każi ta’ Covid-19 fl-aħħar jiem.

Dan minħabba l-fatt li numru ta’ klijenti jew qed joqgħodu kawti, jew spiċċaw fi kwarantina.

Dan ingħad mill-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering fejn ġie spjegat li l-istaff parties pratikament għosfru u ż-żieda qawwija tal-każi tal-Covid-19 qed tħalli impatt sever fuq din l-industrija.

Ġie spjegat li sa ftit tal-ġimgħat ilu l-industrija kienet qabdet spinta serja ‘l quddiem madanakollu b’dak kollu li qiegħed iseħħ fl-aħħar jiem l-istaġun ta’ festi ftit ftit beda jieħu majnata għall-istabbilimenti u ristoranti.

Intant għall-aħħar tas-sena diversi lukandi spiċċaw iħabbtu wiċċhom ma numru ta’ bookings imħassra fejn għandu x’jaqsam attivitajiet iżda d-daqqa jidher li ħaduha bil-wisq aktar ir-ristoranti.