Xkaffa fuq xkaffa… album wara album… santi u iktar santi.
Ħafna jaraw is-santi bħala stampa ta’ devozzjoni lejn xi qaddis jew inkella bħala talba li wieħed jista’ jgħid fi żmien diffiċli. Iżda għal Christopher Ciantar dawn ifissru ħafna iktar minn hekk… tant li snin ilu kien beda kollezzjoni u llum il-ġurnata għandu ‘l fuq minn 10,000 santa.
Iżda minkejja li meta kien tifel ma kienx japprezzahom daqshekk, illum il-ġurnata s-santi spiċċaw ħajtu.
Fil-fatt, Chris qed jarahom bħala xi ħaġa li qed imutu u jintesew b’rata maġgħla.
L-iktar santa antika li għandu Chris tmur lura għall-1836, santa tal-bambin imdawra kollha bil-bizzilla. Santi antiki oħra huma dik tal-Madonna ta’ Pinu tal-1846 u santa Maltija ta’ San Pubbliju fejn fl-isfond hemm il-Knisja tal-Furjana, liema santa għandha madwar 60 sena.
Iżda liem hi l-iktar santa għal qalb Chris?
Is-santi li għandu Chris ivarjaw minn dawk tal-kulur u oħrajn black & white, tal-Madonna, ta’ Ġesù Kristu u tal-qaddisin, kif ukoll santi Maltin u dawk Għawdxin. Santi wkoll ta’ barra minn xtutna fosthom minn Franza, Spanja u l-Italja.
Eluf ta’ santi, ta kull daqs u għamla.
Filmat: Joseph Sultana
Muntaġġ: Elisa Battistino