Kollox jinsab lest biex għal sen’oħra tittella’ l-Istrina.
Din is-sena l-Istrina għandha anniversarju speċjali. Dan għaliex, l-Istrina din is-sena tagħlaq 26 sena mindu saret l-ewwel darba u għalhekk, it-team tal-organizzazzjoni qed isejjaħ l-Istrina ta’ din is-sena bħala dik li għandha l-‘lucky birthday’.

Bħal kull sena, kollox se jsir b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation, f’maratona ġbir ta’ fondi ta’ 12-il siegħa fejn il-pubbliku hu mħeġġeġ jagħti mill-ftit li jista għal din il-kawża tant ġusta.
Fis-sigħat li għaddew iċ-Chairman tal-Bord Amministrattiv tal-Community Chest Fund, John Huber, u rappreżentanti oħrajn tal-Fondazzjoni żaru l-Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop fejnpropju ser issir l-Istrina.

Din hija it-tielet Istrina taħt il-patronċinju tal-President George Vella iżda l-President u s-Sinjura Vella mhux ser jattendu fiżikament għal din l-edizzjoni.
L-Istrina, tibda f’nofsinhar u tibqa’ għaddejja sa nofsillejl fejn matul il-ġurnata Net Television se jkun qed ixandar din il-maratona sabiex jinġabru fondi għal dawk l-aktar fil-bżonn.
