L-entità karitatevoli Save the Children qalet li xi ħaddiema tagħha jinsabu neqsin fi Myanmar, ftit jiem wara li nstabu għexieren ta’ katavri dovuti għal attakk speċifiku li jidher li twettaq mill-Armata tal-pajjiż.
Kelliema għal Save the Children qalu li, waqt l-attakk, it-truppi ħarġu lin-nies mill-karozzi tagħhom fost numru ta’ arresti. L-attakk seħħ fl-Istat ta’ Kayah u l-kelliema qalu li l-militar ta’ Myanmar spiċċa joqtol numru sinifikanti ta’ nies qabel ta n-nar lill-katavri.
L-indikazzjonijiet huma li diversi nisa u tfal spiċċaw fost il-vittmi tal-attakk, bl-Armata fi Myanmar qed tinsisti li qatlet numru ta’ terroristi armati fl-inħawi indikati.
Fl-aħħar xhur, fi Myanmar, saru ħafna protesti tal-massa wara li l-militar ħataf il-kontroll tal-pajjiż fi Frar li għadda fost ir-rapporti li fl-aħħar xhur inqatlu l-mijiet tan-nies, inklużi tfal, fil-pajjiż.
//= $special ?>