Rajna ħafna presepji differenti matul is-snin… iżda qatt ma rajna dan il-presepju uniku… parti ewlenija tal-Birgu spiċċat f’presepju… u mhux hekk biss, hekk kif numru ta’ personaġġi Ġirbin spiċċaw ukoll parti minnu.
L-idea kienet ilha tberren f’moħħ Charles Callus għal sentejn sħaħ fejn xtaq iwassal l-istejjer li jagħmlu l-Birgu kif nafuha llum. Fil-fatt, fost l-oħrajn hemm Ġorġ L-Għannej tal-Mulej u Maria Attard li kienet l-unika persuna fiż-żona li salvat meta kienet waqgħet bomba fit-Tieni Gwerra Dinjija.
U l-Monsijur Dun Pawl Galea li barra l-fatt li salva lil Maria minn qalb it-tifrik meta kien għad għandha biss xahrejn, hu dejjem baqa’ man-nies tant li hu meqjus bħala eroj tal-gwerra.
Net News tkellem ma’ Charles Callus fejn spjegalna aħjar l-idea wara dan il-presepju. Charles qalilna wkoll kif bdiet din il-passjoni lejn il-presepji.
L-istatwi u l-pasturi saru kollha mill-artist Naplitan, Salvatore Caputo fejn filwaqt li mexa skont l-ideat ta’ Charles, hu kien liberu li jagħmel ix-xena tan-natività kif xtaq hu.
Il-presepju, li hu bbażat fis-snin sebgħin, tinsab fil-Kripta tal-Knisja ta’ San Lawrenz, fil-Birgu u għandha tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sas-6 ta’ Jannar.
//= $special ?>