Stħarriġ ippubblikat mill-ġurnal The Observer juri b’mod ċar li l-maġġoranza assoluta tal-Brittanniċi diżappuntati bil-mod kif marru l-affarijiet wara Brexit. Dan il-persentaġġ jinkludi wkoll ammont kbir ta’ dawk li kienu magħrufa bħala ‘Leavers’ – jew aħjar, il-persuni li emmnu lil politiċi bħal Boris Johnson illi qalulhom li l-Ingliżi se jkunu aħjar barra mill-UE.
L-aħħar stħarriġ juri li 6 minn kull 10 jemmnu li Brexit kellu effett ħażin fuq il-pajjiż. U 42 fil-mija ta’ dawk li kienu appoġjaw Brexit jemmnu li issa – sena wara – meta wieħed iħares lura jinduna li din kienet deċiżjoni żbaljata.
Huma biss 14 fil-mija tal-Brittaniċi dawk illi jemmnu li marru aħjar bi Brexit.
//= $special ?>