Internazzjonali

AĠĠORNATA: Terremot ta’ 5.2 fuq l-Iskala Richter jheżżeż il-gżira ta’ Kreta

Tard il-Ħadd bil-lejl, terremot li kejjel is-saħħa ta’ 5.2 fuq l-Iskala Richter heżżeż il-gżira ta’ Kreta. B’rapporti separati jindikaw li t-theżżiża seta’ kellha saħħa ta’ 5.6 fuq l-Iskala Richter. Għalkemm dan għad irid jiġi konfermat.

It-theżżiża nħasset ukoll mill-gżejjer ta’ Rodi u Santorini.

Skont l-esperti f’Ateni, it-terremot kellu l-epiċentru tiegħu madwar 9 kilometri taħt l-art. It-theżżiża seħħet ftit ‘il barra mill-gżira ta’ Kasos, viċin Kreta.

S’issa ma kienx hemm rapporti ta’ ħsarat.

Jidher li aktar tard kien hemm ukoll terremot ieħor – anqas b’saħħtu – li tkejjel f’zona muntanjuża ‘l barra mill-kapitali Ateni.