Għaddejjin l-aħħar preparamenti biex fi ftit ġranet oħra ssir maratona ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza bl-isem ta’ ‘Festa ta’ Ġenerożità’.
Il-maratona, li se ssir fl-1 tas-sena, se ssir mill-istudios ta’ WE, f’Ħal Qormi biex b’hekk ir-residenti u l-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza ma jkunux daqstant esposti għall-virus.
Dwar dan kollu Net News tkellem ma’ Dun Martin Micallef fejn spjegalna aħjar għalfejn dawn il-flus miġbura waqt il-maratona se jkunu qed jintużaw.
Matul il-maratona, wara nuqqas ta’ sentejn, se terġa’ tittella’ esebizzjoni tal-arti fejn wieħed se jkun jista’ jixtri x-xogħol kollu esebit, bid-dħul imur f’għajnuna lid-Dar.
Fr. Martin qalilna iktar kif wieħed jista’ jgħin dakinhar tal-maratona.
Sfortunatament, il-fondi għal din id-Dar naqsu drastikament minħabba l-pandemija hekk kif numru ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi kellhom jitħasru…. u kien għalhekk li Fr. Martin għadda wkoll appell għall-għajnuna hekk kif kull qatra tgħodd.
Il-maratona li se ssir bejn bejn nofsinhar u nofsillejl se tixxandar fuq l-istazzjonijiet ewlenin, fosthom Net Television.