Coronavirus Lokali

COVID-19: 832 każ pożittiv ġdid u vittma oħra f’pajjiżna

Jiżdiedu l-pazjenti fl-Isptar Mater Dei

Tħabbret il-mewt ta’ raġel ieħor, din id-darba ta’ 88 sena, illi tilef ħajtu kawża tal-Covid-19.

Fl-ewwel tlett ijiem tal-95 ġimgħa tal-pandemija f’pajjiżna, Malta rat tliet imwiet kawża tal-virus. B’hekk, it-total ta’ imwiet issa tela’ għal 476.

Fl-aħħar sigħat tħabbar ukoll li pajjiżna reġa’ rreġistra ammont għoli ta’ każi pożittivi – dak ta’ 832.

Dan ifisser li fi żmien tlett ijiem, il-każi pożittivi qabżu sew l-2,000 każ.

Jidher li 78 persuna qed ikunu meqjusin bħala mfejqa mill-virus, minkejja li dawn mhumiex ikunu obbligati li jagħmlu swab test qabel joħorġu minn kwarantina.

Meta wieħed jieħu dawn in-numri kollha f’konsiderazzjoni, il-każi attivi issa huma ta’ 6519.

U l-Isptar Mater Dei ra żieda ta’ tliet pazjenti biex b’hekk issa hemm 83 persuna, b’ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.