Futbol Sport

Fl-Alġerija, player imut wara ftit minuti fil-ground

Traġedja oħra fil-football. Soufiane Louker ta’ 30 sena plejer u captain tat-tim tat-tieni Diviżjoni fl-Alġerija Me Saida miet waqt li kien qed jilgħab aktarx b’attakk tal-qalb.

Fil-media internazzjonali u wisq aktar fil-kontintent Afrikan qed tiddomina l-aħbar għal mod kif miet Louker. Me Saida kienu qed jilgħabu barra minn darhom kontra Oran, erba’ sigħat mill-kapitali Algiers. F’mument waqt il-partita Louker ħareġ mill-pitch iżda ftit minuti wara daħal jilgħab mill-ġdid u kkollassa.

Kienu inutli t-tentattivi tal-ewwel għajununa biex jippruvaw igibuħ f’sensieh. Kif wieħed stenna kommozzjoni fost il-plejers taż-żewġ timijiet l-aktar wara li l-istess partita kienet immedjatament sospiża.